Back to All Questions
PQ 10851ORAL

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni (ORAL) - Final

Legislature XIV05/07/2023

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
05/07/2023
Sitting
145 - 10/07/2023 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
CHRIS FEARNE

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet, u jekk il-mediċini għas-saħħa mentali jistgħux ikunu fuq il-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Official Answer

Answered by CHRIS FEARNE

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb fir-risposta parlamentari10849, fl-aħħar għaxar snin ma jirriżultax dak li qed tgħid hi. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħjar mod biex jitnaqqsu każijiet ta’ suwiċidju huwa billi jkun hemm aċċess u tingħata kura għall-mard mentali. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-istrateġija tas-Saħħa Mentali li qed tiġi implimentata bħalissa huwa li jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Professjonisti fis-Saħħa Mentali qed jiġu mħarrġa fuq riskju ta’ suwiċidju. Bħala parti minn programm tal-EU, Joint Action ImpleMENTAL, qed titħejja Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Inħatar ukoll Advisory Board magħmul minn professjonisti tas-Saħħa, u rappreżentanti ta’ diversi entitajiet fosthom tal-edukazzjoni, l-pulizija, l-ħabs, l-università, NGOs u oħrajn li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex inaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Ta’ min isemmi wkoll is-servizz ta’ Crisis Intervention li huwa disponibbli fil-komunità kif ukoll il-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum.