Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-sejħa nterna għall-pożizzjoni ta’ Unit Manager (Geomatics) fi grad professjonali E, li ħarġet fil-11 t’Awwissu 2023 u oriġinarjament kienet tagħlaq fil-25 t’Awwissu 2023, is-sejħa ġiet riveduta u d-data tal-għeluq ġiet estiża sal-1 ta’ Settembru 2023. Dan seħħ sabiex seta’ jsir tibdil fir-rekwiżiti tas-sejħa, speċifikament fl-esperjenza, fejn ġiet introdotta l-ħtieġa ta’ esperjenza f’kapaċita’ ta’ management, kif normalment ikun hemm f’sejħiet għal pożizzjonijiet f’dan il-grad, għalkemm mhux kull pożizzjoni f’dan il-grad fiha t-tali rekwiżit. Ta’ min wieħed jinnota li din hija pożizzjoni ġdida u għaldaqstant kellha tinħoloq job description speċifika għal din is-sejħa, li oriġinarjament ma nkluditx ir-rekwiżit imsemmi. Madankollu, ittieħdet azzjoni mmedjata u s-sejħa ġiet aġġornata. Hawnhekk wieħed ta’ min jinnota illi l-ħames snin esperjenza meħtieġa għal dawn il-gradi ikunu fil-qasam relatat mal-kariga u mhux f’kapacita maniġerjali per se. Għaldaqstant ir-rekwiżit kif rivedut jilħaq l-għan tat-tali reviżjoni.