Back to All Questions
PQ 15386ORAL

Prezzijiet tal-ikel - Ftehim (ORAL) - Final

Legislature XIV19/01/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
19/01/2024
Sitting
198 - 23/01/2024 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
SILVIO SCHEMBRI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel?

Official Answer

Answered by SILVIO SCHEMBRI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b'dan il-ftehim storiku li se jkunu qed igawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin, madwar 400 prodott tal-ikel fi 15-il-kategorija se jkollhom prezz orħos u stabbli sal-baġit li jmiss biex il-pajjiż jiġġieled kontra l-isfida tal-inflazzjoni. Peress li l-ftehim għadu miftuħ sabiex jissieħbu fih parteċipanti ġodda, kif fil-fatt qed jiġri grazzi għall popolarità ta din l-inizjattiva. Għalhekk, kopja tal-ftehim finali tiġi sottomessa lil din il-Kamra fi stadju aktar avvanzat.