Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista’ l-Ministru tipprovdi tagħrif dwar il-progress tal-ħolqien ta’ “green networks” qrib ir-residenzi, li jikkonsistu f'ħolqa li tieħu lin-nies barra miż-żoni urbani lejn il-kampanja, inkluż in-network bejn il-Mellieħa u x-Xgħajra u l-kunċett fil-kosta u l-widien ta’ Għawdex? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett ġiex implimentat u tipprovdi dettalji dwar in-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?