Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista' l-Ministru tgħid jekk inbdietx l-inizjattiva fejn il-bjut ta’ binjiet pubbliċi fil-qalba tal-irħula jintużaw bħala roof gardens jew inkella jintużaw biex jiġġeneraw enerġija nadifa? Tista' tipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva u t-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?