Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Project Green se tkun qed twettaq proġett ta’ ġnien komunitarju fil-Qrendi, b’investiment li hu stmat li se jammonta għal €2 miljun. Bħalissa qed isir l-abbozz tas-sejħa għall-offerti għal dan il-proġett. Barra minn hekk, l-aġenzija se tkun qed tinkludi elementi ta’ community gardening f'ġonna oħrajn biex nintroduċu dan il-kunċett fil-qalba tal-irħula, fil-fatt dan se narawh fi proġetti li diġà qed ikunu ppjanati għal-lokalitajiet ta’ San Ġwann u ż-Żejtun. Fil-frattemp Ambjent Malta se tkun qed tiżviluppa ġnien tal-komunità bħala parti mill-proġett ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, li għalih l-Awtorità tal-Ippjanar għadha kemm tat l-approvazzjoni tagħha biex madwar 20,000 metru kwadru (20 tumoli) ta’ art tiġi riġenerata bħala spazju pubbliku. Dan il-proġett maqsum f’żewġ fażijiet hu stmat li se jsir b’investiment ta’ €750,000.