Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma r-riżultati tal-proġett shore-to-ship fil-Port il-Kbir u jekk verament wassalx għal tnaqqis ta' 90% tat-tniġġis minn vapuri, u kemm tnaqqsu emissjonjiet kemm ilu li ġie inawgurat? Tista’ tgħid ukoll x'inhu l-progress fuq il-proġett shore-to-ship fiż-żona tal-Freeport? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?