Back to All Questions
PQ 22214ORAL

Project Green – Miżuri li qed jiġu implimentati (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
278 - 13/11/2024 09:00 AM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar x’miżuri fit-tul qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-inizjattivi ta’ Project Green, bħat-tħawwil tas-siġar jew l-ispazji miftuħa, jiġu mħarsa b’mod sostenibbli?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull tender ta’ xogħol fuq il-proġetti jinkludi pjan ta’ manutenzjoni b’numru ta’ Key Performance Indicators (KPIs) biex tkun assigurata ż-żamma sostenibbli tal-proġetti li jsir minn Project Green. F’każ li s-sit fejn isir il-proġett ma jkunx amministrat mill-aġenzija, jsir MoU mal-parti konċernata biex ikun assigurat l-istess impenn ta’ manutenzjoni.