Back to All Questions
PQ 22215ORAL

Project Green - Benefiċċji ambjentali (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
278 - 13/11/2024 09:00 AM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati l-benefiċċji ambjentali ta’ Project Green, speċjalment f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u t-titjib fil-biodiversità, kif ukoll ir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninsab infurmata li Project Green, Ambjent Malta kif ukoll Greenserv, jieħdu ħsieb minn żmien bikri biex jipproteġu u jippromwovu l-benefiċċji ambjentali ta’ proġetti li jkunu qed jippjanaw, u dan billi sa mill-istadji tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-proġetti bħall-parks, ġonna u spazji miftuħa oħrajn jivvalutaw l-impatt ambjentai minn qabel billi tingħatha prijorità fl-ippjanar lit-titjib fil-bijodiversità u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, b’passi konkreti u evalwazzjonijiet komprensivi li jiffokaw fuq il-ħolqien ta’ spazji ħodor sostenibbli inkluż it-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli kif applikabbli. L-evalwazzjoni tal-benefiċċji ambjentali tibda bi stħarriġ ekoloġiku tas-siti proposti għall-proġetti, inkluż l-identifikazzjoni ta’ speċi ta’ pjanti indiġeni u l-abitat naturali tal-annimali, kif ukoll l-ispeċi invażivi li għandhom jiġu kontrollati. Dan il-pass inizjali jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet infurmati biex il-proġett ikun aktar kompatibbli mal-ambjent u reżiljenti fit-tul. Fuq livell ieħor, l-entitajiet rispettivi jiffokaw fuq l-għażla ta’ pjanti indiġeni u li jattiraw il-pollinaturi, biex tinbena ekosistema sana u titjieb il-bijodiversità. L-użu ta’ speċi ta’ pjanti li jiffavorixxu l-klima u l-ħamrija lokali jappoġġja għadd akbar ta’ speċi naturali, bħall-pollinaturi u annimali. Barra minn hekk, dawn il-pjanti indiġeni għandhom bżonn inqas ilma u manutenzjoni, u b’hekk huma għażla sostenibbli fit-tul. Fil-kostruzzjoni tal-proġett, l-entitajiet jimplimentaw disinn ta’ veġetazzjoni, fejn jinħolqu abitati differenti u strutturi li jsaħħu l-bijodiversità u s-separazzjoni tal-karbonju. Dan id-disinn jinkludi livelli differenti ta’ siġar, arbuxxelli u ħaxix, fejn possibbli, biex tinħoloq ekosistema li tappoġġja l-ħajja f’kull livell. B’dan l-approċċ komprensiv, il-parks li qed jinħolqu mhux biss jikkontribwixxu għall-protezzjoni ambjentali, iżda wkoll joffru valur sinifikanti lill-komunità, billi jiġu bbilanċjati l-għanijiet ambjentali u l-aċċessibbiltà pubblika.