Back to All Questions
PQ 22221ORAL

Approvazzjoni ta' permessi għall-iżvilupp - Miżuri (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
280 - 18/11/2024 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
CLINT CAMILLERI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex fl-approvazzjoni ta' permessi għall-iżvilupp, tingħata konsiderazzjoni akbar lill-aspett ambjentali u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, u tingħata prijorità lill-proġetti li jkunu newtrali mill-karbonju? Jista' jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' din il-wegħda?

Official Answer

Answered by CLINT CAMILLERI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ żvilupp relatati ma’ dawn it-tip ta’ proposti ser jinagħataw konsiderazzjoni billi jkun hemm persuna dedikata (case officer), li tagħti prijorita’ lil dawn l-applikazzjonijiet, kemm il-darba dawn ikunu indikati lill-Awtorita` tal-Ippjanar mil-perit u l-BCA fl-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp.