Back to All Questions
PQ 22224ORAL

Għawdex - Żvilupp urban sostenibbli - Inizjattivi (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
281 - 19/11/2024 09:00 AM
Category
ORAL
Asked To
CLINT CAMILLERI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattivi għall-iżvilupp urban sostenibbli f'Għawdex inbdewx jew le? X'riżultati inkisbu u kemm infaqna fuq dan il-proġett fl-2024, inkluż il-PR?

Official Answer

Answered by CLINT CAMILLERI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA) ħadet numru ta’ inizjattivi dwar l-iżvilupp urban sostenibbli matul l-aħħar sentejn. F'Lulju 2023, il-GRDA ppubblikat il-viżjoni tagħha f’dokument - GRDA Vision for Victoria Urban Upgrading. Dan id-dokument kien fih l-Aġġornament Urban tar-Rabat għal konsultazzjoni pubblika. Filwaqt li f'Awwissu tal-2024, il-GRDA ppubblikat il-proposta finali tagħha dwar l-iżvilupp urban għar-Rabat. In-nefqa tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.