Back to All Questions
PQ 22259ORAL

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
284 - 25/11/2024 09:00 AM
Category
ORAL
Asked To
MICHAEL FALZON

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Official Answer

Answered by MICHAEL FALZON

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern huwa komess li jkompli jwettaq il-miżuri u l-inizjattivi ambizzjużi sabiex Malta tilħaq il-miri tagħha għall-2050. Fost il-miżuri ewlenin li l-Gvern qiegħed jieħu u li huma xprunati fi ħdan l-operat tas-servizz pubbliku kollu hemm; (i) il-qalba lejn vetturi elettriċi, fejn matul l-2023 ġew introdotti 250 vettura elettrika ġdida, (ii) ir-rinovazzjoni ta’ binjiet pubbliċi inkluż il-ftuħ tal-ewwel skola carobon neutral fl-Imsida, (iii) installazzjoni ta’ panelli solari fuq il-bjut u spazji oħra, (iv) installazzjoni ta sistemi ta’ energy efficiency (v) kif ukoll kampanji edukattivi sabiex ikun hemm aktar għarfien fl-imġieba tal-individwu biex jadotta prattiċi aktar sostenibbli. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-inventarju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rreġistrati u rrapurtati fuq livell nazzjonali, liema rendikont jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Azzjoni Klimatika, liema awtorità ġiet stabbilita f’Ottubru 2024.