Back to All Questions
PQ 22267ORAL

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet (ORAL) - Final

Legislature XIV22/10/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
22/10/2024
Sitting
289 - 27/11/2024 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista' l-Ministru jtħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Tista’ tgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u tipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22256, infakkar li f’Ottubru tal-2021 il-Gvern kien ippubblika l-istrateġija tiegħu lejn in-newtralità fil-karbonju sal-2050 permezz tal-Low Carbon Development Strategy. Il-Ministeru tiegħi ħejja wkoll il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima jew kif inhu magħruf bl-Ingliż, in-National Energy and Climate Plan (NECP). Biex jitkejjel u jkun segwit il-progress lejn dawn il-miri, l-emissjonijiet jiġu reġistrati bir-reqqa permezz ta’ qafas ta’ monitoraġġ ċentralizzat u mmexxi mill-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima. Din is-sistema tikkonsolida data minn diversi sorsi ta’ emissjonijiet, bħall-produzzjoni tal-enerġija, t-trasport, l-attivitajiet industrijali, u l-ġestjoni tal-iskart fost oħrajn, u tgħaddi minn validazzjoni regolari biex tiżgura l-eżattezza u l-konformità mal-istandards internazzjonali. L-emissjonijiet irreġistrati mbagħad jiġu valutati kull sena u rappurtati permezz ta’ inventarji nazzjonali, li jippermettu traċċar trasparenti u jgħinu lill-Gvern biex jaġġusta l-politiki u l-interventi tiegħu kif meħtieġ biex jibqa’ fit-triq lejn il-mira tal-2050. L-aħħar informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ pajjiżna hija dik ippreżentata fl-inventarju nazzjonali ta’ Malta għall-2024 permezz tad-dokument Malta’s National Inventory of Greenhouse Gas Emissions & Removals. L-impenn tal-Gvern favur l-azzjoni klimatika huwa wieħed b’saħħtu u dan jixhdu l-fatt li konna minn ta’ quddiem fl-Ewropa li waqqafna Awtorità speċifika biex tindirizza din il-materja. L-Awtorita’ għall-Azzjoni Dwar il-Klima se tkun qed tassigura li l-pajjiż jibqa’ miexi b’ritmu b’saħħtu biex nilħqu l-miri klimatiċi tagħna.