Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tiegħu biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?