Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Legislature XIV • 22/10/2024
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Answered by ROBERT ABELA
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2023 sa Ottubru 2024, kien hemm 371 impjegat ġdid ingaġġat fis-Servizz Pubbliku. Infurmat ukoll li fl-istess żmien kien hemm 1613-il impjegat li tterminaw l-impjieg tagħhom mas-Servizz Pubbliku u ġew sostitwieti b’ħaddiema ġodda, fil-maġġiorparti tagħhom dawn ġew ingaġġati fis-setturi importanti tas-saħħa, edukazzjoni u forzi tal-ordni.