Back to All Questions
PQ 24029ORAL

Pjanijiet dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet (ORAL) - Final

Legislature XIV04/12/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
04/12/2024
Sitting
301 - 21/01/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22179 u tipprovdi tagħrif dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-miri konkreti tal-Long-Term Renovation Strategy, il-Low Carbon Development Strategy u l-Pjan Nazzjonali għall-Klima u l-Enerġija biex nilħqu l-miri ta' tnaqqis drastiku fl-emmissjonijiet sal-2030 sabiex nilħqu n-newtralità fil-karbonju sal-2050? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet u dwar it-tqassim tan-nefqa relata fis-snin 2022, 2023 u 2024?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progress u l-aġġornament tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmijin ġew integrati fil-Pian Nazzjonali tal-Energija u l-Klima, liema pjan ġie aġġornat u sottomess lill-Kumissjoni Ewropea. Il-pjan iwassal għal tnaqqis totali proġettat ta’ 41% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq livell nazzjonali meta mqabbel mal-livelli tal-2005 sal-2030. Dan il-progress qed iseħħ minkejja ż-żieda sinifikanti fl-attività ekonomika meta mqabbel mal-2005 u l-projezzjonijiet ta’ aktar tkabbir ekonomiku fil-futur. Il-Gvern qed jibqa’ mpenjat biex jindirizza t-tibdil fil-klima, filwaqt li jippromwovi tkabbir ekonomiku sostenibbli u jassigura li ċ-ċittadini ma jiġux mgħobbijin b’piżijiet eċċessivi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti.