Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar tliet snin, l-Enemalta kompliet issaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku permezz ta’ substations ġodda f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Is-substations ġodda li qegħdin jiġu kkumissjonati huma kollha mgħammrin b’sistema awtomatizzata fejn dan jiffaċilita l-ħidma tal-inġiniera, biex f’każ li jkun hemm interruzzjoni fil-provvista dawn ikunu jistgħu jiġu kontrollati mill-control room fil-Marsa. Is-substations ġodda jiffaċilitaw il-ħajja tal-konsumatur mhux joħolqu inkonvenjent. Mill-2002 s’issa diġà ġew ikkummissjonati 145 substation ġdida. Fis-sena 2022 ġew ikkummissjonati 49 substation ġdida, fl-2023 ġew ikkumissjonati 42 substation, filwaqt li fl-2024 ġew ikkummissjonati 54 substation oħra ġdida. Dan apparti xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tisħiħ u modernizzar li sar f’142 substation eżistenti. L-investiment fis-substations li kkumissjonat l-Enemalta għall-konsumaturi huwa ta’ €10,001,187. Dan l-investiment ammonta għal €3,397,959 fl-2022, €3,525,291 fl-2023 u €3,077,937 fl-2024 u jinkludi kemm l-apparat kif ukoll xogħlijiet ta’ trinek biex dawn is-substations jitqabbdu mal-kumplament tan-network.