Back to All Questions
PQ 24033ORAL

Solar farms - Inċentivi u skemi ta' investiment (ORAL) - Final

Legislature XIV04/12/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
04/12/2024
Sitting
302 - 22/01/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22190 u tipprovdi tagħrif dwar l-inċentivi u l-iskemi ta' investiment li qed jiġu offruti biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' solar farms, partikolarment għal dawk li m'għandhomx spazju fuq il-bejt tar-residenza tagħhom biex iwaħħlu panelli solari? Tista’ tipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-iskemi u dwar it-tqassim tan-nefqa fis-snin 2022, 2023 u 2024?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waslet fil-fażi ta’ installazzjoni ta’ solar farms li se jkopru medda ta’ 19,000 metru kwadru ta’ bjut f’diversi siti li għandha. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Korporazzjoni se tkun qed tirdoppja l-ġenerazzjoni tal-energija li tigi minn sorsi rinovabbli. Dan il-proġett huwa mmirat li jitlesta fl-2026 b’investiment ta’ madwar €4 miljun u se jkun iffinanzjat permezz tal-ħruġ tal-Green bonds. Dawn il-Green Bonds meta nħarġu kienu aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali, inkluż dawk li m’għandhomx spazju fuq il-bejt tar-residenza tagħhom biex iwaħħlu pannelli solari.