Back to All Questions
PQ 24037ORAL

Port il-Kbir - Shore-to-ship (ORAL) - Final

Legislature XIV04/12/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
04/12/2024
Sitting
302 - 22/01/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
CHRIS BONETT

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22199 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid x’inhuma r-riżultati tal-proġett shore-to-ship fil-Port il-Kbir u jekk verament wassalx għal tnaqqis ta' 90% tat-tniġġis minn vapuri, u kemm tnaqqsu emissjonjiet kemm ilu li ġie inawgurat? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-progress fuq il-proġett shore-to-ship fiż-żona tal-Freeport? Jista’ jipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?

Official Answer

Answered by CHRIS BONETT

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Provvista Onshore Power Supply (OPS) ġiet introdotta fil-Port il-Kbir fl-2024. Dan jipprovdi lill-bastimenti tal-kruċieri li jsejħu l-Port il-Kbir bl-opportunità li jgħaqqdu l-OPS u jaqilbu l-magni tagħhom, u b’hekk inaqqsu l-emissjonijiet. Il-konnessjoni mal-OPS issir obbligatorja f’Jannar 2030, f’liema punt, il-bastimenti tal-kruċieri kollha se jkollhom jikkonnettjaw mal-OPS. Huwa f’dan il-punt li se jkun esperjenzat tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 90%. Mill-2024 'il quddiem, b’żieda fin-numru ta’ bastimenti tal-kruċieri li jikkonnettjaw mal-OPS, l-emissjonijiet fil-port konsegwentement se jibdew jonqsu sakemm nilħqu l-livelli tal-2030.