Infurmata li s’issa l-Ministeru tal-Enerġija approva l-allokazzjoni ta’ appoġġ lil żewġ installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli b’kapaċità ta’ 10MW wara sejħiet (ITB) għall-allokazzjoni ta’ għajnuna fis-snin 2023 u 2024. Dawn il-installazzjonijiet għadhom iridu jinbnew u għandhom massimu ta’ tliet snin biex jitlestew. In-nefqa totali fuq medda ta’ 20 sena ta’ ġenerazzjoni minn dawn l-installazzjonijiet hija stmata li tlaħħaq l-€20 miljun. Matul is-sena li għaddiet, REWS allokat l-ammont ta’ €13,100 (VAT inkluża) għal dak li huwa tixrid ta’ kontenut b’informazzjoni dwar din l-iskema.