Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22210 u tagħti dettalji dwar kemm il-green space ġie rkuprat jew maħluq b’suċċess permezz ta’ Project Green s’issa?
Legislature XIV • 04/12/2024
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22210 u tagħti dettalji dwar kemm il-green space ġie rkuprat jew maħluq b’suċċess permezz ta’ Project Green s’issa?
Answered by MIRIAM DALLI
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li diġà tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 22217 u 24027, ninfurmaha li qabel ma ntemmet l-2024 Project Green laħqet lestiet ukoll il-proġetti ta’ Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, il-Hospice Landscape Garden f’Santa Venera u r-riġenerazzjoni tal-Ġonna ta’ Villa Portelli fil-Kalkara, u mal-bidu ta’ din is-sena lestiet Ġnien fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far u Ġnien tal-Komunità fil-Qajjenza, Birżebbuġa. Fl-istess perjodu temmet ukoll xogħlijiet b’rabta mar-riġenerazzjoni ta’ disa’ widien oħra li huma Wied ta’ Brija (Siġġiewi), Wied Għajn Riħana (Burmarrad), Wied il-Fiddien (Rabat), Wied il-Luq ta’ Brija Area (Siġġiewi), Wied il-Morfu (Ħaż-Żebbuġ), Wied tal-Ħmieri (Burmarrad), Wied Qirda (Ħaż-Żebbuġ), Wied il-Għajn (Marsaskala) u Wied Xkora (Siġġiewi).