Back to All Questions
PQ 24046ORAL

Project Green - Sħubija mal-entitajiet privati (ORAL) - Final

Legislature XIV04/12/2024

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
04/12/2024
Sitting
304 - 28/01/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22219 u tagħti dettalji dwar kwalunkwe sħubija mal-entitajiet privati fi ħdan Project Green u tispjega x’vantaġġi ambjentali sostennibbli nkisbu minn dawn il-kollaborazzjonijiet?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green issieħbet mal-Kulleġġ De La Salle, Birdlife Malta, Hospice Malta u mal-Laboratorju tal-Paċi biex twettaq proġetti ta’ tħaddir u riabilitazzjoni ambjentali. Il-proġett mal-Kulleġġ De La Salle jinvolvi r-riabilitazzjoni ta’ ġnien ta’ 4,500 metru kwadru u, b’mod simili, l-kollaborazzjoni ma’ Hospice Malta issarfet fil-ħolqien ta’ ġnien ta’ 2,700 metru kwadru għall-pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva u l-familjari tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-proġett ma’ Birdlife Malta jinvolvi xogħol ta’ riabilitazzjoni fuq medda ta’ 4,000 metru kwadru fir-riserva tas-Simar, waqt li l-proġett tal-Labortaorju tal-Paċi kien jinvolvi r-riġenerazzjoni tal-ġnien li huwa mifrux fuq medda ta' 2,000 metru kwadru. Dawn il-proġetti minn Project Green mhumiex l-uniku eżempju ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet tal-Ministeru u oħrajn privati. Fil-fatt, fost inizjattivi oħrajn, insemmi l-kollaborazzjoni bejn Wasterv u Nature Trust Malta, li permezz tagħha se jinħoloq proġett edukattiv fil-ġonna storiċi ta’ Romeo Romano f’Santa Venera, u anke l-ftehim bejn l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u l-istess għaqda volontarja li jkopri l-immaniġġjar tas-sit taċ-Chadwick Lakes. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi wkoll daħlet għal kollaborazzjonijiet simili ma’ għaqdiet volontarji u fost oħrajn dawn jinkludu management agreements għall-ħarsien ta’ siti naturali u inizjattivi oħra favur l-ambjent. Inizjattiva interessanti oħra, msejħa Football for the Goals, qed issir bejn id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol li permezz tagħha għadd ta’ studenti qed jitgħallmu dwar is-sbatax-il mira tal-iżvilupp sostenibbli filwaqt li jikkompetu f'turnew tal-futbol bejn l-iskejjel.