Back to All Questions
PQ 25280ORAL

ERA - Każ ta' kontravenzjoni (ORAL) - Final

Legislature XIV03/02/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
03/02/2025
Sitting
309 - 11/02/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-istatus tar-rapport u x’konklużjonijiet jew riżultati ġew miksuba fil-każ tal-kontravenzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, quddiem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninsab infurmata li fir-rigward tal-kontravenzjoni inkwistjoni, ir-rapport daħal għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fit-30 ta’Awwissu 2024, ġie investigat u nġabret l-informazzjoni u l-provi neċessarji biex inħarget Notifika tal-Intenzjoni li tinħareġ Multa Aministrattiva rigward ksur tar-Regolamenti Dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (L.S. 549.40) fit-13 ta’ Settembru 2024, liema Notifika ġiet effettiva fit-2 ta’ Diċembru 2024 wara li ma ntlaqgħetx il-petizzjoni fuq il-multa.