Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations ġewwa Tas-Sliema u jekk iva, tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?
Legislature XIV • 11/04/2025
Asked by EVE BORG BONELLO
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations ġewwa Tas-Sliema u jekk iva, tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?
Answered by MIRIAM DALLI
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 50 charging point li se jsiru f’Tas-Sliema. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Tas-Sliema jinsabu fi Triq it-Torri (4), Triq ix-Xatt (4), Tigne Seafront, Ix-Xatt ta’ Qui Si Sana, Triq George Borg Olivier, Triq Mrabat, Triq San Ġwann Bosco, Triq Parisio, Triq Ċensu Xerri, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Capua, Triq St Ignatius Jct, Triq Santa Marija, Triq Windsor, Triq Manwel Dimech, Triq Matthew Pulis, Triq il-Kbira, Triq Marjanu Vella u Triq Falzon.