Back to All Questions
PQ 29006ORAL

Public Service Expo - Retainers għal PR u l-Proċess ta’ Għażla (ORAL) - Final

Legislature XIV04/06/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
04/06/2025
Sitting
352 - 09/06/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
ROBERT ABELA

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28843 u jagħti break down tan-nefqa totali relatata mas-servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi (PR) għall-Public Service Expo? Jista’ wkoll jindika l-ammont eżatt imħallas bħala retainers lill-aġenziji jew lill-konsulenti tal-PR, kif ukoll jagħti spjegazzjoni dettaljata tal-proċess ta’ kif dawn ġew magħżula, u jekk intużawx sejħiet pubbliċi jew ordnijiet diretti?

Official Answer

Answered by ROBERT ABELA

Il-ħidma kollha relatata mar-relazzjonijiet pubbliċi għall-Public Service Expo Village li kien ta' suċċess kbir sar kollu internament mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u ma ġewx imqabbda aġenziji jew konsulenti.