Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont dettaljat tal-ispejjeż relatati mal-influencers barranin li ġew mistiedna f’Malta sabiex jippromwovu l-pajjiż bħala destinazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll b’mod partikolari: i. kemm tħallsu individwalment dawn l-influencers; ii. x’kien il-proċess u l-kriterji tal-għażla tagħhom; iii. kemm mill-ispejjeż l-oħra ġew koperti, bħal titjiriet, akkomodazzjoni, trasport, ikel jew perks oħra; u iv x’kienet l-ispiża totali relatata ma’ din il-kampanja promozzjonali, inkluż l-extra kollha?