Back to All Questions
PQ 29107ORAL

Influencers barranin - Spejjeż (ORAL) - Final

Legislature XIV10/06/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
10/06/2025
Sitting
355 - 16/06/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
IAN BORG

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29011 u jagħti rendikont dettaljat tal-ispejjeż relatati mal-influencers barranin li ġew mistiedna f’Malta sabiex jippromwovu l-pajjiż bħala destinazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll b’mod partikolari: i. kemm tħallsu individwalment dawn l-influencers; ii. x’kien il-proċess u l-kriterji tal-għażla tagħhom; iii. kemm mill-ispejjeż l-oħra ġew koperti, bħal titjiriet, akkomodazzjoni, trasport, ikel jew perks oħra; u iv x’kienet l-ispiża totali relatata ma’ din il-kampanja promozzjonali, inkluż l-extra kollha?

Official Answer

Answered by IAN BORG

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tagħmel użu minn mezzi varji biex tkun tista’ tippromwovi l-pakkett turistiku Malti bl-aħjar mod bħala destinazzjoni ta’ kwalità. Kif tista’ tifhem l-Onor. Interpellant, il-mezzi soċjali huma mezz effettiv, tant li pajjiżi oħra wkoll jagħmlu użu minn servizzi ta’ kumpaniji internazzjonali ta’ marketing għal dan il-għan. Infurmat illi l-influencers involvuti f’din il-kampanja, sitta b’kollox, ġew magħżula skont lista li ngħatat mill-Aġenzija imqabbda u dan wara li ġew shortlisted skont id-disponnibbilita’ tagħhom, skont il-profil tas-segwaċi (following u engagement) tagħhom u l-pajjiż minn fejn huma s-segwaċi tagħhom. Dan dejjem wara li kien aċċertat li dawn jaqblu mal-istrateġija tal-MTA. Dawn l-influencers ma ġewx imħallsa mill-MTA. Infurmat li l-kumpanija li tat dan is-servizz kienet marbuta li tagħti ammont minimu ta’ deliverables u fl-aħħar tal-promozzjoni kienet għaddiet iktar minn dak li kien ġie maqbul tant li tajjeb li wieħed jinnota li din il-kampanja ġiet imsemmija bħala waħda mill-aqwa ħames kampanji ta’ marketing minn sit barrani. Intant, infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar spejjeż u ħlasijiet ma tistax tkun fornuta minħabba li din l-informazzjoni hija marbuta bi klawżola ta’ kunfidenzjalità kummerċjali.