Back to All Questions
PQ 29556ORAL

Nitrati (ORAL) - Final

Legislature XIV02/07/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
02/07/2025
Sitting
364 - 07/07/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru tgħid liema entità hija responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva tan-Nitrati? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx statistika dwar azzjonijiet ta’ nfurzar li ttieħdu?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) hija l-entità responsabbli għad-Direttiva tan-Nitrati (91/676/EEC), l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ssir primarjament permezz tar-Regolamenti dwar Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (L.S. 549.66). Il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment responsabbli mill-Agrikoltura u l-mistoqsija dwar statistika għandha tiġi referuta lill-Ministeru konċernat.