Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30081 u 30082 li oriġinarjament saru lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jispjega l-proċess li ġie segwit għall-għażla tal-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-World Expo 2025 f’Osaka? Jista’ jindika wkoll kif ingħatat il-kummissjoni għall-filmat “Catch the Wave, Catch the Opportunity”, min ipproduċa dan il-filmat u x’kienet l-ispiża?