Back to All Questions
PQ 31699ORAL

Project Green – 1 Year survival rate tas-siġar (ORAL) - Final

Legislature XIV27/10/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
27/10/2025
Sitting
396 - 03/11/2025 06:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tħaddmitx ir-rata ta’ siġar li jibqgħu ħajjin wara sena (1-year survival rate), kejl komuni ħafna fi proġetti ta’ tħaddir, u jekk iva, x’inhi din ir-rata għall-proġetti ta’ Project Green?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Project Green issegwi r-rata ta’ sopravivenza tas-siġar permezz ta’ rekords interni ġġenerati mir-reġistri tat-tħawwil tal-immaniġġjar tal-parks, imbagħad dawn jiġu verifikati permezz ta’ eżerċizzji ta’ mmappjar (mapping) fuq il-post. Il-perjodu ta’ valutazzjoni huwa dak ta’ sena, li jkopri minn Awissu 2024 s’Awissu 2025. Din l-analiżi tkopri parks, widien u spazji miftuħa taħt it-tmexxija diretta ta’ Project Green. Ninsab infurmata li matul dan il-perjodu, ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ sostituzzjoni ta’ siġar jew arbuxxelli li tħawwlu fl-aħħar 12-il xahar fis-siti mmexxija minn Project Green. Għaldaqstant, ir-rata ta’ sopravivenza annwali f’dawn il-parks u spazji miftuħa hija meqjusa bħala waħda għolja ħafna, u tikkorrispondi għal mija fil-mija (100%). Għandu jiġi nnutat li pjanti erbacei u perenni ma ġewx inklużi f’dan l-istħarriġ, peress li ċ-ċiklu staġjonali tagħhom jagħmel kejl ta’ sopravivenza fuq bażi annwali mhux rilevanti.