Back to All Questions
PQ 31702ORAL

Provvista ta’ New Water (ORAL) - Final

Legislature XIV27/10/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
27/10/2025
Sitting
396 - 03/11/2025 06:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni ewlenija għaliex il-provvista tan-New Water għadha sew taħt iż-żewġ miljun metru kubu, meta l-pjan kien eqreb għal seba’ miljun metru kubu? Tista’ tgħid ukoll x’qed jipprevjeni lill-impjanti eżistenti milli jilħqu din ir-rata mwiegħda?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Ninsab infurmata li l-figura li qed tikkwota l-Onor. Interpellanta ta’ 7 miljun metru kubu ma tirrappreżentax il-provvista tan-New Water kif qed tgħid hi, imma tirrappreżenta l-kapaċità massima li tista’ tintlaħaq sal-2028 li tiddependi fuq produzzjoni massima ta’ drenaġġ kuljum fi 365 jum fis-sena. Tajjeb wieħed jifhem li dan jiddependi minn varjazzjonijiet staġjonali fl-ammont ta’ drenaġġ li jidħol fl-impjanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il-Korporazzjoni kontinwament qed tinvesti fit-tkabbir tal-impjanti tal-produzzjoni ta’ New Water. Fil-fatt, għadha kif ġiet konkluża l-evalwazzjoni tas-sejħa għall-offerti għat-tkabbir tal-impjant Taċ-Ċumnija, fil-Mellieħa filwaqt li ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti għall-impjant ta’ Ras il-Ħobż, f’Għawdex.