Back to All Questions
PQ 32621ORAL

Sorsi għat-tifi tan-nar (ORAL) - Final

Legislature XIV25/11/2025

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
25/11/2025
Sitting
416 - 01/12/2025 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
BYRON CAMILLERI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Jista' l-Ministru jispjega s-sorsi differenti ta' ilma u foam użat għat-tifi tan-nar u jispeċifika jekk il-maġġoranza tal-ilma użat huwiex ilma ħelu? Jekk iva, jista' jgħid xi prekawzjonijiet jittieħdu biex il-provvista tal-ilma għal inċidenti kbar (bħal dak li rajna fl-iscrapyard tal-Marsa) tkun assigurata?

Official Answer

Answered by BYRON CAMILLERI

Infurmat li l-ilma li jintuża mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa ilma ħelu, u jittieħed minn fire hydrants installati apposta jew minn lokazzjonijiet indikati mill-WSC sabiex ikun żgurat li ma titnaqqasx il-provista lejn il-pubbliku. F'okkażjonijiet ta' inċidenti industrijali liema siti huma biswit il-baħar jista' jintuża ilma tal-baħar imma wara l-operazzjoni jrid jinħasel it-tagħmir, pompi, vetturi u manek għaliex il-melħ huwa ta’ detriment kbir għat-tagħmir.