Parliamentary Question
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinħolqu postijiet ta’ parkeġġ għall-e-scooters f’San Ġiljan, tas-Sliema u l-Gżira?
Legislature XIV • 02/11/2022
Asked by EVE BORG BONELLO
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinħolqu postijiet ta’ parkeġġ għall-e-scooters f’San Ġiljan, tas-Sliema u l-Gżira?
Answered by AARON FARRUGIA
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi avolja Transport Malta bħalissa m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ parking ta’ e-scooters, bhalissa għaddejja riforma sħiħa fuq l-istess suġġett. Il-Ministeru flimkien mal-Awtorita tat-Trasport kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-kunsill Lokali qegħdin iħarsu lejn pjan ħolistiku biex issir riforma sħiħa għall-parkeġġ tal-e-scooters.