Back to All Questions
PQ 3617ORAL

Sottomissjoni ta’ pjan aġġornat għat-tibdil fil-klima (ORAL) - Final

Legislature XIV02/11/2022

View Official Parliament Document

Question Details

Legislature
XIV
Date
02/11/2022
Sitting
50 - 14/11/2022 04:00 PM
Category
ORAL
Asked To
MIRIAM DALLI

Parliamentary Question

Asked by EVE BORG BONELLO

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern issottomettiex pjan aġġornat għat-tibdil fil-klima qabel il-COP27 hekk kif kien miftiehem fil-Paris Agreement?

Official Answer

Answered by MIRIAM DALLI

Għal skopijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCCC) hija l-Unjoni Ewropeja li tressaq il-pjan aġġornat dwar l-azzjonijiet fuq it-tibdil fil-klima quddiem il-Konvenzjoni u dan fil-forma ta’ pjan kollettiv għall-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropeja. Taħt il-Ftehim ta’ Pariġi l-pajjiżi membri fil-Konvenzjoni kellhom sal-aħħar tal-2022 sabiex jissottomettu pjanijiet iktar ambizzjużi dwar l-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Irrid infakkar li taħt l-istess Ftehim ta’ Pariġi l-Unjoni Ewropea kienet diġa issottomettiet pjan sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha u tal-istati membri b’40 fil-mija sal-2030 meta mqabbel mal-1990. B’deċiżjoni tal-Kunsill fl-aħħar tal-2020 din l-ambizzjoni kienet miżjuda mill-Unjoni Ewropea għal-livell ta’ tnaqqis ta’ 55% sal-2030 u f’dan ir-rigward kien anke sottomess pjan aġġornat lill-Konvenzjoni. Sadanittant bħalissa fi ħdan l-Istituzzjonijiet Ewropej relevanti qed isiru d-diskussjonijiet finali dwar il-pakkett leġiżlattiv tal-Fit for 55. Hekk kif dan ikun approvat l-Unjoni Ewropea terġa’ tissottometti lill-Konvenzjoni pjan aġġornat kif ikun il-każ. Sadanittant infakkar lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-isforzi kollettivi tal-istati membri kollha tal-UE Malta fasslet pjan ambizzjuż ħafna, il-Low Carbon Development Strategy, li ser iwassalna biex aħna nwettqu l-parti tagħna fil-mira kollettiva Ewropea għall-2030.