Press Release5 December 2024

Malta bl-ogħla żieda fl-emissjonijiet fl-UE

zieda-flemissjonijiet

Baħar jaqsam bejn il-magna tal-PR ta’ Miriam Dalli u l-fatti Il-Partit Nazzjonalista huwa mħasseb iżda assolutament mhux sorpriż bl-aħħar statistiċi ppubblikati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li għal darba oħra jikxfu li Malta għandha l-ogħla żieda fl-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea. M’aħniex sorpriżi għaliex għal dawn l-aħħar xhur drajna naraw distakk enormi bejn il-magna ta’ PR u greenwashing tal-Ministru Miriam Dalli u l-fatti inkwetanti dwar il-klima, l-enerġija, u l-emissjonijiet f’pajjiżna.

Baħar jaqsam bejn il-magna tal-PR ta’ Miriam Dalli u l-fatti

Il-Partit Nazzjonalista huwa mħasseb iżda assolutament mhux sorpriż bl-aħħar statistiċi ppubblikati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li għal darba oħra jikxfu li Malta għandha l-ogħla żieda fl-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea.

M’aħniex sorpriżi għaliex għal dawn l-aħħar xhur drajna naraw distakk enormi bejn il-magna ta’ PR u greenwashing tal-Ministru Miriam Dalli u l-fatti inkwetanti dwar il-klima, l-enerġija, u l-emissjonijiet f’pajjiżna.

Din l-aħbar tasal ftit ġimgħat biss wara li l-Kummissjoni Ewropea ċanfret lill-Gvern Malti permezz ta’ Ittra ta’ Avviż Formali talli naqas milli jħares l-obbligu klimatiku tiegħu li jissottometti l-pjanijiet aġġornati tal-Enerġija u l-Klima (NECPs).

Filwaqt li l-Ministru Dalli tkompli tqarraq b’kampanja ta’ greenwashing, il-poplu Malti jkompli jħallas il-prezz għoli, jsofri u jifga fl-emissjonijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu. L-istess agenzija ppubblikat ukoll lista ta’ konsegwenzi koroh tat-Tibdil fil-Klima li jolqtu pajjiżi fil-Mediterran (ara iktar ’l isfel f’din l-istqarrija).

Ilbieraħ stess, il-Partit Nazzjonalista żvela kif minħabba l-inkompetenza tal-Gvern Laburista, Malta tilfet €90 miljun f’fondi Ewropej u investiment privat li kellhom jintużaw biex aktar minn mitt karozza tal-linja jinqalbu għal dawk elettriċi.

Il-Gvern Laburista qed ifalli b’mod spettakolari milli jilħaq il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet sas-sena 2030. Pajjiżi oħra mhux biss laħqu l-miri tagħhom kmieni imma komplew jaqbżuhom. Hemm distakk enormi bejn il-miri tagħna għas-sena 2023 u l-pożizzjoni reali ta’ Malta fl-istess sena.

Pajjiżna għandu bżonn azzjoni immedjata qabel ma jkun tard wisq. Kieku l-Gvern verament ried jieħu din is-sitwazzjoni bis-serjetà, kien:

· jimplementa awditjar u verifika sħiħa tal-policies klimatiċi biex jiġu identifikati l-kawżi ewlenin ta’ dan il-falliment

· jalloka riżorsi immedjati biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fit-trasport, il-bini, u l-immaniġġjar tal-iskart

· juri impenn għat-trasparenza u r-responsabbiltà billi jiżgura aġġornamenti regolari dwar il-progress lejn il-miri klimatiċi.

Il-Partit Nazzjonalista huwa mpenjat li jibqa’ jiġġieled għal politika ambjentali li tmexxi ’l quddiem azzjoni konkreta kontra t-Tibdil fil-Klima u li tħeġġeġ l-użu tal-enerġija li tiġġedded, ibbażata fuq trasparenza u kontabbiltà.

Fl-interess tal-poplu Malti u l-ġenerazzjonijiet futuri, issa huwa l-waqt li nqumu fuq saqajna u nħallu l-fatti u mhux il-PR imexxuna.

Eve Borg Bonello

Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika

05.12.2024


Malta has highest increase in emissions in the EU

A big difference between Miriam Dalli’s PR machine and reality

The Partit Nazzjonalista is concerned but absolutely not surprised by the latest statistics published by the European Environment Agency, which once again reveal that Malta has the highest increase in emissions in the European Union.

We are not surprised as over the past months, we have become accustomed to seeing a massive gap between Miriam Dalli’s greenwashing PR machine and the troubling, real facts regarding climate, energy, and emissions in our country.

This news comes just a few weeks after the European Commission reprimanded the Maltese Government through a Formal Notice for failing to fulfill its climate obligation to submit its updated National Energy and Climate Plans (NECPs).

While Minister Dalli continues to spin a greenwashing campaign, the Maltese people continue to pay the high price of suffering, and choking on emissions that are steadily increasing. The same agency has also published a list of dire climate change consequences affecting Mediterranean countries (see further down below in this statement).

Just yesterday, the Partit Nazzjonalista revealed how, due to the incompetence of the Labour Government, Malta saw €90 million of EU funding and private investment go down the drain, which funding was intended to replace over 100 diesel buses with electric buses.

The Labour Government is failing spectacularly to meet its emission reduction targets for 2030. Other countries not only met their targets early but have even exceeded them. There is a massive gap between Malta’s 2023 targets and its actual position this year.

Our country needs immediate action before it’s too late. If the Government were truly serious about this situation, it would:

· implement a full audit and verification of its climate policies to identify the root causes of this failure

· allocate immediate resources to accelerate emissions reductions in transport, buildings, and waste management

· demonstrate a real commitment to transparency and accountability by ensuring regular updates on progress toward climate targets.

The Partit Nazzjonalista is committed to continuing the fight for environmental policies that promote concrete action against Climate Change and encourage the use of renewable energy, based on transparency and accountability.

In the interest of the Maltese people and future generations, the time has come to stand up and let the facts, not PR, lead the way.

Eve Borg Bonello Shadow Minister for Climate Change and Public Cleanliness 05.12.2024