Malta fl-aħħar post fl-UE għall-enerġija li tiġġedded

Il-Gvern Malti jibqa’ jfalli fil-proġetti ewlenin, riżultat ta’ snin ta’ nuqqas ta’ azzjoni u direzzjoni politika
Malta fl-aħħar post fl-UE għall-enerġija li tiġġedded
Il-Gvern Malti jibqa’ jfalli fil-proġetti ewlenin, riżultat ta’ snin ta’ nuqqas ta’ azzjoni u direzzjoni politika
Malta reġgħet spiċċat fl-aħħar post fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol l-użu tal-enerġija li tiġġedded, b’16% biss tal-elettriku kollu ġġenerat f’pajjiżna ġej minn sorsi rinnovabbli.
L-aħħar ċifri ppubblikati mill-aġenzija tal-istatistika tal-UE, il-Eurostat, jikxfu kif pajjiżna qed jibqa’ l-art fl-enerġija li tiġġedded. Is-16% ta’ pajjiżna huwa ferm inqas mill-medja Ewropea ta’ 47%, u jixhed in-nuqqas ta’ rieda jew sforz tal-Gvern biex Malta tagħmel it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.
Filwaqt li pajjiżi bħad-Danimarka, l-Awstrija u l-Portugall qed imexxu ’l quddiem b’investiment u viżjoni ċara, Malta għadha mwaħħla fl-aħħar tal-klassifika.
Dan kollu mhux kumbinazzjoni imma huwa riżultat dirett ta’ snin ta’ dewmien, nuqqas ta’ azzjoni u nuqqas ta’ direzzjoni politika.
Il-Gvern falla b’mod konsistenti milli javvanza proġetti ta’ enerġija rinnovabbli offshore, b’mod partikolari l-enerġija mir-riħ, minkejja li din illum hija l-akbar sors ta’ enerġija li tiġġedded fl-Ewropa. Minflok jieħu deċiżjonijiet konkreti, il-Gvern baqa’ jikkummissjona studju wara l-ieħor li ma jwasslu assolutament imkien.
Fl-istess waqt, il-proġett tal-waste-to-energy għadu mwaħħal, wara snin ta’ tmexxija ħażina, tenders falluti u tħassib serju dwar governanza fil-proċess kollu.
Il-falliment tal-Gvern li jwettaq dak li wiegħed tul l-aħħar 13-il sena jfisser li Malta qed tibqa’ dipendenti fuq il-fossil fuels u fuq il-landfills, minflok timxi lejn sistema moderna u sostenibbli kif jixraqlu pajjiż modern Ewropew fl-2026.
Il-pożizzjoni ta’ Malta fl-aħħar tal-klassifika mhijiex każ iżolat u uniku biss għall-enerġija rinnovabbli.
Ċifri riċenti diġà wrew li Malta hija l-uniku pajjiż fl-UE fejn l-intensità tal-emissjonijiet marret għall-agħar mill-2013. Fejn il-pajjiżi l-oħra kollha mexjin ‘il quddiem, Malta sejra lura. Dan ikompli jikkonferma l-falliment sistematiku tal-Gvern ta’ Robert Abela fil-politika tal-enerġija u l-klima. Il-konsegwenzi ta’ dan huma ċari:
Aktar emissjonijiet u ħsara ambjentali
Pressjoni akbar fuq il-familji u n-negozji hekk kif jiżdiedu l-obbligi Ewropej
Ekonomija inqas kompetittiva meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra
F’mument meta l-kumplament tal-Ewropa qed tavvanza, Malta ma tistax tibqa’ lura. Pajjiżna għandu bżonn b’urġenza:
Pjan ċar u immedjat għall-enerġija rinnovabbli diversifikata, inkluż offshore wind
Implimentazzjoni tal-impjant waste-to-energy, bi trasparenza u kontabbiltà sħiħa
Strateġija fit-tul li tmur lil hinn minn soluzzjonijiet short-term u li tħares lejn il-miri Ewropej
It-tranżizzjoni lejn l-enerġija li tiġġedded m’għadhiex għażla. Saret bżonn għall-ekonomija tagħna, għall-ambjent u għall-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
Malta jistħoqqilha aħjar milli tkun l-aħħar.
Eve Borg Bonello
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika
Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
24.03.2026
_________________________________
Malta ranks last in the EU for renewable energy
The Maltese Government continues to fail on key projects, the result of years of inaction and lack of political direction
Malta has once again ranked last in the European Union in terms of renewable energy usage, with only 16% of all electricity generated in our country coming from renewable sources.
The latest figures published by the EU’s statistics agency Eurostat reveal that our country continues to lag behind in renewable energy. Malta’s 16% is significantly lower than the European average of 47%, highlighting the Government’s lack of will or effort to transition towards clean energy.
While countries such as Denmark, Austria and Portugal are moving ahead with investment and clear vision, Malta remains stuck at the bottom of the ranking.
This is not a coincidence but a direct result of years of delays, inaction and lack of political direction.
The Government has consistently failed to advance offshore renewable energy projects, particularly wind energy, despite this being today the largest source of renewable energy in Europe. Instead of taking concrete decisions, the Government has continued to commission study after study which lead nowhere.
At the same time, the waste-to-energy project remains stalled, following years of poor management, failed tenders and serious concerns regarding governance throughout the process.
The Government’s failure to deliver on what it has promised over the past 13 years means that Malta remains dependent on fossil fuels and landfills, instead of moving towards a modern and sustainable system as befits a modern European country in 2026.
Malta’s position at the bottom of the ranking is not an isolated case limited to renewable energy.
Recent figures have already shown that Malta is the only country in the EU where emissions intensity has worsened since 2013. While all other countries are moving forward, Malta is going backwards. This further confirms the systematic failure of Robert Abela’s Government in energy and climate policy. The consequences of this are clear:
• Higher emissions and environmental damage
• Increased pressure on families and businesses as European obligations rise
• A less competitive economy compared to other countries
At a time when the rest of Europe is advancing, Malta cannot afford to fall behind. Our country urgently needs:
• A clear and immediate plan for diversified renewable energy, including offshore wind
• The implementation of the waste-to-energy plant, with full transparency and accountability
• A long-term strategy that goes beyond short-term solutions and aligns with European targets
The transition to renewable energy is no longer a choice. It has become a necessity for our economy, for the environment, and for the quality of life of the Maltese and Gozitan people.
Malta deserves better than to come last.
Eve Borg Bonello
Shadow Minister for Climate Change and Public Cleansing
Mark Anthony Sammut
Shadow Minister for Energy and Water Conservation
24.03.2026