Press Release25 January 2026

Malta l-uniku Stat Membru tal-UE li żied l-intenstità tal-emissjonijiet tiegħu mill-2013 ’l hawn

Malta l-uniku Stat Membru tal-UE li żied l-intenstità tal-emissjonijiet tiegħu mill-2013 ’l hawn

In-nuqqas ta’ ambizzjoni tal-Gvern fl-enerġija li tiġġedded iwassal biex pajjiżna jkompli jkaxkar wara l-pajjiżi l-oħra fl-UE

Malta l-uniku Stat Membru tal-UE li żied l-intenstità tal-emissjonijiet tiegħu mill-2013 ’l hawn In-nuqqas ta’ ambizzjoni tal-Gvern fl-enerġija li tiġġedded iwassal biex pajjiżna jkompli jkaxkar wara l-pajjiżi l-oħra fl-UE

 

Malta hija l-uniku Stat Membru tal-UE li minflok ma naqqas, żied l-intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-2013 sal-lum. Malta fil-fatt żiedet dawn l-emissjonijet bi 17%, meta l-medja tal-intensità ta’ dawn l-emissjonijiet fl-Istati Membri kollha tal-UE naqset b’34%.

 

Iċ-ċifri tal-Eurostat – l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiġbor u tippubblika statistika uffiċjali dwar il-pajjiżi Ewropej – li ġew ippubblikati fl-aħħar jiem, juru li filwaqt li Malta hi l-uniku pajjiż li flok naqqset, żiedet l-intensità tal-emissjonijiet, pajjiżi oħra qed jiksbu suċċessi impressjonanti fil-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja, fosthom l-Estonja li naqqset l-emissjonijiet b’64%, l-Irlanda b’50% u l-Finlandja b’44%.

 

L-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tkejjel l-ammont ta’ emissjonijiet (imkejla f’ekwivalenti ta’ CO₂) għal kull unità ta’ valur miżjud gross (imkejjel f’ewro) f’ekonomija. U hija indikatur tal-effiċjenza klimatika tal-produzzjoni ekonomika. Tnaqqis fl-intensità tal-emissjonijiet ifisser inqas emissjonijiet għall-istess ġenerazzjoni ta’ valur miżjud.

 

Għalhekk din iż-żieda hija aktar inkwetanti meta wieħed iqis li dawn l-istatistiċi jikkunsidraw ukoll il-valur ekonomiku iġġenerat fil-pajjiż ikkonċernat, u mhux l-emissjonijiet waħidhom. Fi kliem sempliċi, mhux qed inniġġsu aktar sempliċiment għax l-ekonomija kibret, imma llum għal kull  ewro li qed inpoġġu fl-ekonomija tagħna qed inniġġsu aktar milli konna qed inniġġsu fl-2013.

 

Dan huwa riżultat dirett ta’ nuqqas ta’ ambizzjoni min-naħa tal-Gvern Malti fuq diversi binarji. Fosthom in-nuqqas ċar ta’ ambizzjoni li jżid bis-serjetà l-użu tal-enerġija li tiġġedded.  Hawn ukoll, pajjiżna qiegħed lura ferm meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra. Fl-2024 pajjiżna ġġenera biss 10.7% tal-enerġija tiegħu minn sorsi li jiġġeddu. Dan meta l-medja Ewropea hija ta’ ftit aktar minn 25%. Malta f’dan ir-rigward tinsab fil-qiegħ tal-klassifika Ewropea, it-tielet mill-aħħar.

 

Il-Gvern Laburista qed ikompli juri apatija totali fejn jidħlu soluzzjonijiet innovattivi, u qed ikompli jkaxkar saqajh dwar problemi li l-poplu qed jiffaċċja kuljum, bħas-sigħat twal imwaħħlin fit-traffiku.

 

Il-Gvern donnu mhux jifhem lanqas li l-apatija tiegħu fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded mhux qed tħalli biss impatt negattiv fuq l-ambjent tagħna. L-UE qed tkompli ssaħħaħ ir-regolamenti tagħha dwar il-karbonju bil-għan li jintlaħqu l-miri klimatiċi għall-2030 u l-2050. Dan ifisser li l-falliment tal-Gvern Malti fl-enerġija li tiġġedded se jkun qed jissarraf f’ekonomija inqas kompetittiva meta mqabbel mal-kumplament tal-Ewropa. Il-piż ta’ dan kollu se jispiċċaw iġorruh fuq spallejhom il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

 

Filwaqt li jappella lill-Gvern biex ixammar il-kmiem u jieħu azzjoni serja fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat li jaġixxi biex iħares kemm l-ambjent kif ukoll l-ekonomija tal pajjiżna. Dan jagħmlu ghax jagħraf li Malta u Għawdex ma jifilħux jibqgħu sejrin f’din id-direzzjoni.

 

Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li bir-rieda politika u bil-kuraġġ, pajjiżna jista’ ma jibqax l-agħar fl-Ewropa fi statistiċi bhal dawn, u minflok inħallu pajjiż bi problemi għal ta’ warajna, inħallu legat tal-aqwa ħajja possibli għall-Maltin u l-Ghawdxin tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

 

Eve Borg Bonello Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika 26.01.2026

 

-       Mehmuża grafika li turi t-tqabbil tal-intensità tal-emissjonijiet bejn l-2013 u l-2024, b’Malta tkun l-uniku Stat Membru tal-UE fejn kienet irreġistrata żieda.

 

 

_________________________

 

 

Malta the only EU Member State to have increased its emissions intensity since 2013 The Government’s lack of ambition on renewable energy is leaving Malta lagging behind other EU countries

 

Malta is the only EU Member State that, instead of reducing, has increased the intensity of its greenhouse gas emissions since 2013. In fact, Malta has increased its emissions intensity by 17%, while the average emissions intensity across all EU Member States has decreased by 34%.

 

Figures published in recent days by Eurostat – the European Union agency responsible for collecting and publishing official statistics on European countries – show that while Malta is the only country to have recorded an increase in emissions intensity rather than a reduction, other countries are achieving impressive results in the fight against air pollution. These include Estonia, which reduced emissions by 64%, Ireland by 50%, and Finland by 44%.

 

Greenhouse gas emissions intensity measures the amount of emissions (measured in CO₂ equivalents) generated per unit of gross value added (measured in euro) in an economy. It is an indicator of the climate efficiency of economic production. A decrease in emissions intensity means fewer emissions for the same level of value added generated.

 

This increase is therefore even more concerning when one considers that these statistics also take into account the economic value generated in the country concerned, and not emissions alone. In simple terms, it is not merely that we are polluting more because the economy has grown, but that today, for every euro generated in our economy, we are polluting more than we were in 2013.

 

This situation is the direct result of a lack of ambition on the part of the Maltese Government on several fronts. Among these is the clear lack of serious ambition to significantly increase the use of renewable energy. Here too, Malta is trailing far behind other countries. In 2024, Malta generated just 10.7% of its energy from renewable sources, while the European average stands at just over 25%. In this regard, Malta ranks near the bottom of the European table, third from last.

 

The Labour Government continues to show total apathy towards innovative solutions and keeps dragging its feet on problems that people face on a daily basis, such as long hours spent stuck in traffic.

 

The Government also seems to fail to understand that its apathy in the field of renewable energy is not only having a negative impact on our environment. The EU is continuing to strengthen its carbon regulations in order to meet its climate targets for 2030 and 2050. This means that the Maltese Government’s failure on renewable energy will translate into a less competitive economy compared to the rest of Europe. Ultimately, the burden of this failure will be borne by Maltese and Gozitan families and businesses.

 

While calling on the Government to roll up its sleeves and take serious action in the fields of renewable energy and emissions reduction, the Partit Nazzjonalista remains committed to acting in defence of both the environment and the country’s economy. It does so because it recognises that Malta and Gozo cannot afford to continue on this path.

 

The Partit Nazzjonalista firmly believes that with political will and courage, our country does not have to remain among the worst performers in Europe in statistics such as these. Instead of leaving behind a country burdened with problems, we can leave a legacy of the best possible quality of life for today’s Maltese and Gozitans and for future generations.

 

Eve Borg Bonello Shadow Minister for Climate Change and Public Cleanliness

 

26.01.2026

 

– Attached is a graphic showing a comparison of emissions intensity between 2013 and 2024, with Malta being the only EU Member State to record an increase.