Nindirizzaw il-kriżi tal-iskart u l-indafa pubblika f’Malta

Il-PN jippreżenta dokument ta’ konsultazzjoni dwar Riforma fl-Immaniġġjar tal-Iskart li jsejjaħ għal azzjoni kuraġġuża u immedjata bbażata fuq soluzzjonijiet li jkunu riżultat ta’ konsultazzjoni u viżjoni fit-tul
Nindirizzaw il-kriżi tal-iskart u l-indafa pubblika f’Malta Il-PN jippreżenta dokument ta’ konsultazzjoni dwar Riforma fl-Immaniġġjar tal-Iskart li jsejjaħ għal azzjoni kuraġġuża u immedjata bbażata fuq soluzzjonijiet li jkunu riżultat ta’ konsultazzjoni u viżjoni fit-tul
Kull sajf, it-toroq ta’ Malta jimtlew b’munzelli ta’ boroż tal-iskart li jikkompetu għall-ispazju mar-residenti u jnaqqsu l-kwalità tal-ħajja.
Fid-dawl ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista llum ippreżenta dokument ġdid ta’ konsultazzjoni li jelenka s-soluzzjonijiet proposti mill-PN għall-isfidi ta’ Malta fl-immaniġġjar tal-iskart u l-indafa pubblika. Il-pjan Innaddfu lil Malta jindirizza l-problemi urġenti li qed jolqtu l-aktar żoni b’popolazzjoni densa fil-pajjiż u jfassal triq lejn komunitajiet aktar nodfa u b’saħħithom għal kulħadd.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Pjazza tal-Balluta, ix-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika Eve Borg Bonello – li ħadmet fuq dan id-dokument ta’ konsultazzjoni – u l-President tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) Liam Sciberras spjegaw kif il-proposti tal-PN ġew żviluppati wara konsultazzjoni estensiva mal-kunsillieri lokali, operaturi kummerċjali, għaqdiet ambjentali u partijiet interessati oħra. Din il-kollaborazzjoni tiżgura li l-policy tirrifletti l-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini u jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi tar-residenti, tan-negozji u tal-ambjent.
Id-dokument isejjaħ għal azzjoni kuraġġuża u immedjata li tirrifletti dawn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq konsultazzjoni flimkien ma’ viżjoni fit-tul. Fir-rigward ta’ azzjoni immedjata, jidentifika l-prattiċi attwali ta’ ġbir tal-iskart bħala wieħed mill-akbar punti ta’ falliment, partikolarment f’lokalitajiet fejn il-popolazzjoni tirdoppja fis-sajf bħalma huma San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema. Żewġ soluzzjonijiet ewlenin huma proposti għal azzjoni immedjata: kontenituri tal-iskart taħt l-art u ġbir tal-iskart imħallat.
· Sistema ta’ kontenituri taħt l-art – Kontenituri (bins) issiġillati ta’ kapaċità għolja u magħluqa installati taħt il-bankini, li jżommu l-iskart aktar frisk, inaqqsu r-riħa u jrażżnu l-pests. Il-ġbir isir malajr u b’mod effiċjenti, b’sistemi diġà ppruvati li qed jintużaw fl-Ewropa. Anke implimentazzjoni ta’ 10% biss tista’ telimina eluf ta’ tunnellati ta’ boroż tal-iskart mit-toroq kull sena.
· Vetturi li jiġbru skart separat – Għal żoni fejn ma jkunx possibbli jintużaw il-kontenituri taħt l-art, trakkijiet mgħammra b’mod li jkunu jistgħu jiġbru tipi differenti ta’ skart f’daqqa waħda u jisseparawh fl-istess ħin jippermettu frekwenza ħafna akbar ta’ ġbir.
Il-pjan isemmi wkoll miżuri fuq żmien medju, fosthom:
· Elettrifikazzjoni sħiħa tal-flotta tal-ġbir tal-iskart,
· Użu ta’ ilma riċiklat għall-ħasil tat-toroq,
· Installazzjoni ta’ aktar smart bins fuq livell nazzjonali biex jiġu ottimizzati r-rotot u jitnaqqas it-traffiku.
Filwaqt li jirrikonoxxi li ħafna mill-problemi tal-iskart jibqgħu jeżistu minkejja l-liġijiet eżistenti, il-PN jipproponi li tiġi mssaħħa l-kapaċità ta’ infurzar, jew permezz tal-aġenziji eżistenti jew billi tingħata aktar setgħa lill-kunsilli lokali biex joħorġu multi kif irregolati minn awtorità nazzjonali rilevanti. Il-pjan jenfasizza wkoll il-ħtieġa tal-flessibbiltà, b’soluzzjonijiet mfassla apposta għal lokalitajiet differenti – minn tindif ta’ graffiti fiċ-ċentri urbani sa ġbir ta’ skart mill-baħar f’żoni kostali.
Fil-qalba tal-istrateġija fit-tul tal-PN hemm studju komprensiv dwar il-carrying-capacity. Dan, flimkien mad-data minn infrastruttura intelliġenti, se jkun il-pedament għal sistema moderna u effiċjenti tal-immaniġġjar tal-iskart li taqdi lil Malta għal għexieren ta’ snin.
Il-Partit Nazzjonalista qed jitlob lill-Gvern biex dawn l-istudji tal-carrying-capacity isiru f’kull lokalità u permezz tal-kunsillieri tiegħu – kif wiegħed li se jagħmel qabel l-elezzjonijiet lokali tas-sena l-oħra – qed iressaq Mozzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-ħtiġijiet ta’ kull belt u raħal f’dak li għandu x’jaqsam mal-investiment infrastrutturali meħtieġ abbażi tal-bżonnijiet tar-residenti, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalitajiet. Diġà tressqu Mozzjonijiet simili f’kunsilli lokali differenti, sew fejn il-PN għandu maġġoranza u sew fejn ma għandux. F’ħafna minn dawn, il-Mozzjonijiet ġew approvati u kien hemm kunsilli fejn il-kunsillieri Laburisti vvutaw favur. Il-kelliema tal-PN appellaw biex anke kunsilli b’maġġoranza Laburista jagħmlu l-istess.
Liam Sciberras qal: “Nirringrazzjaw lil Eve Borg Bonello li permezz ta’ dan id-dokument li ħadmet fuqu hi bħala Shadow Minister għal dan il-qasam, il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ juri – anke mill-Oppożizzjoni – li qed ikun proattiv u qed joħroġ bil-proposti qabel ikun tard wisq. B’dan id-dokument il-PN mhux biss qed juri x’inhuma l-problemi imma b’sens ta’ responsabbiltà qed joffri wkoll soluzzjonijiet reali għaċ-ċittadini”.
Eve Borg Bonello qalet: “Il-politika għandha tkun dwar kif issolvi l-problemi tal-poplu li tirrappreżenta. Meta l-Gvern ifalli li jieħu azzjoni sena wara sena fis-sajf, hu d-dmir tal-Oppożizzjoni li toħroġ b’soluzzjonijiet reali u fattibbli. Malta għandha t-talent u d-determinazzjoni biex issolvi din il-problema, kulma rridu huma t-tama u l-enerġija biex naġixxu.”
21.08.2025
-------------------------------
Statement by the Partit Nazzjonalista
Addressing Malta’s waste and public cleanliness crisis PN unveils Waste Management Reform consultation document calling for bold immediate action based on consultation-driven solutions and a long-term vision
Every summer, Malta’s streets are plagued by heaps of garbage bags, competing for space with pedestrians and undermining quality of life.
In view of this, the Partit Nazzjonalista has today presented a bold new consultation document outlining the PN’s proposed solutions to Malta’s waste management and public cleanliness challenges. The plan Innaddfu lil Maltaaddresses the urgent issues affecting the country’s most densely populated areas and charts a path towards cleaner, healthier communities for all.
In a press conference at Balluta Square, Shadow Minister for Climate Change and Public Cleanliness Eve Borg Bonello – who authored this consultation document – and President of the PN’s College of Local Councillors (KKLPN) Liam Sciberras explained that the PN’s proposals were developed following extensive consultations with local councillors, commercial operators, environmental NGOs, and other stakeholders. This collaborative approach ensures the policy reflects real on-the-ground needs and balances the interests of residents, businesses, and the environment.
The document calls for bold immediate action based on these consultation-driven solutions together with a long-term vision. In terms of immediate action, it identifies current curbside collection practices as a major point of failure, particularly in localities where populations double in the summer, such as St. Julian’s, St. Paul’s Bay, and Sliema. Two key solutions for immediate action are proposed: underground bins and mixed collection.
· Underground bin systems – High-capacity, sealed containers installed beneath pavements, keeping waste cooler, reducing odours, and deterring pests. Collection is quick and efficient, with proven systems already in use across Europe. Even a 10% rollout could remove thousands of tonnes of waste bags from streets annually.
· Partitioned collection vehicles – For areas where underground bins are not feasible, partitioned trucks will collect multiple waste types in a single run, allowing for significantly increased collection frequency.
The plan also calls for medium-term measures, such as:
· Full electrification of waste collection fleets,
· Use of recycled water for street cleaning,
· Deployment of more smart bins on a national level to optimise routes and reduce traffic.
Recognising that many waste problems persist despite existing laws, the PN proposes expanding enforcement capacity, either through existing agencies or by empowering local councils to issue fines as regulated by a relevant national authority. The plan also emphasises flexibility, with tailored solutions for different localities, from graffiti removal in urban centres to marine debris collection in coastal zones.
At the heart of the PN’s long-term strategy is a comprehensive carrying-capacity study. Combined with data from smart infrastructure, this study will form the foundation for a modern, efficient waste management system designed to serve Malta for decades.
The Partit Nazzjonalista is calling on the Government to ensure that carrying-capacity studies are conducted in every locality. Through its councillors – as it had pledged to do ahead of last year’s local elections – the PN is submitting Motions to establish the infrastructural investment needs of each town and village based on residents’ requirements, including in relation to waste management within the localities. Similar Motions have already been tabled in various local councils, both where the PN holds a majority and where it does not. In many of these councils, the Motions were approved, and in some cases Labour councillors even voted in favour. The PN speakers appealed for Labour-majority councils to do the same.
Liam Sciberras said: “We extend our thanks to Eve Borg Bonello who, through this document she has worked on as Shadow Minister for this sector, has enabled the Partit Nazzjonalista to once again demonstrate – even from Opposition – that it is being proactive and putting forward proposals before it is too late. With this document, the PN is not only identifying the problems but, with a sense of responsibility, is also offering real solutions for citizens.”
Eve Borg Bonello said: “Politics should be about solving problems for the people you represent. When the Government fails to act summer after summer, it is the duty of the Opposition to step in with real, workable solutions. Malta has the talent and determination to fix this, we just need hope and energy to act.
21.08.2025